Darba tiġik tajba





Darba waħda kien hemm tifel jismu Jake u Jake kellu vizzju ikrah. Dan il-vizzju ikrah kien jitkessaħ billi joqgħod ineħħi jdejh minn mar-rota. Ommu dejjem tinkwieta u kienet twiddbu kuljum.



Jum fost l-ohrajn kien ġej trakk meta Jake beda jilgħab bir-rota. Dan it-trakk kien ġej iktar qrib Jake. Jake ma ndunax li kien gej trakk qribu. It-trakk doqq il-ħorn għax kien sa jaħbat ma' Jake. Jake inħasad u tilef il-bilanċ. Jake ħabat u waqa' mal-art. Huwa kiser siequ. Jake beda jokrob bl-uġigħ.



Ommu ħadet qatgħa meta l-ġirien qalulha li Jake weġġa'. Ommu mill-ewwel ċemplet għall-ambulanza. Lil Jake ħaduh l-isptar u spiċċa ġimagħtejn b'siequ fil-ġibs. Minn dan l-inċident tgħallem li darba tiġik tajba u qatt iżjed ma tkessaħ bir-rota!