Ktieb li ħadt gost naqra




Ktieb li ħadt gosta naqra jismu 'Ġanni jżur Pariġi'. L-awtur hija Sherise Żammit. L-iktar li għoġobni huwa l-karattru ta' Ġanni.


Ġanni kien iħobb isiefer u l-gost tiegħu kien li jieħu r-ritratti. Huwa kien iżomm album tar-ritratti ta' kull safra. Darba Ġanni jżur il-belt sabiħa ta' Pariġi. Huwa jżur postijiet ta' interess. Ġanni jirrakkonta l-avventuri tiegħu ta' meta ntilef u sabuh il-puluzija.


Dan il-ktieb ħadt gost naqrah għax jien ukoll inħobb niskopri postijiet ġodda. Jien tgħallimt li ġo Pariġi hemm xmara jisimha Siene. Tgħallimt dwar il-Louvre u t-Torri Eiffel. In-nies ta' Franza jitkellmu bil-Franciż. Wara li qrajt dan il-ktieb jien tħajjart li xi darba jien ukoll irrid inżur Pariġi.