Darba tiġik tajba!

Mela darba kien hemm tifel fir-raħal li jismu Silvio. Il-Ħadd li għadda, Silvio beda jsuq ir-rota mingħajr ma jżomm b'idejh. Ommu Phyllis kienet dejjen tgħidlu biex ma jitkessaħx bir-rota għax inkella jmur l-isptar. Hi kienet tgħidlhu DARBA TIĠIK TAJBA!!


Ommu kienet tibża' li xi darba jweġġa' sew! Fil-fatt, darba kien qed isuq ir-rota bl-addoċċ f'nofs tat-triq. Dak il-ħin kien ġej trakk u s-sewwieq beda jdoqq il-ħorn. Silvio nħasad bis-sewwa u t-tifel beda jibża' ħafna u waqa' bis-saħħa mal-art. Ir- raġel ħareġ jiġri biex jara xi ġralu dan it-tifel. Miskin Silvio kiser siequ u idu. Il- ġirien ġew jiġru ukoll biex jaraw x'ġara. Waħda mara marret tgħid lil ommu. Ommu ċemplet lill-ambulanza.


L-ambulanza ġiet għalih, poġġewh fuq streċer u ħaduh l-isptar. Ommu marret miegħu. L-isptar Silvio dam tlett ijiem . Bil-Malti ngħidu li darba tiġik tajba, u vera għax jekk tissogra żżejjed tista' tweġġa' sew!!!!