Maltempata li ħakmet lil Malta

tirrapporta Michela Portelli





Kien it-tieni Ħadd ta' Jannar matul il-lejl, meta faqqat sajjetta kbira li nstemgħet ma' kullimkien. Malta inħakmet minn maltempata qawwija li qatt ma kienet rat qabel.


Inqata' id-dawl ta' ħafna postijiet madwar Malta. Niżlet xita qawwija fejn għerqu t-toroq u l-widien. Kien ħafna riħ u tqaċċtu s-siġar u xi wajers. Waqgħu xi ħitan ukoll. Inkissru twieqi tad-djar u daħal ħafna ilma. In- nies qalu li din il-maltempata qatt ma jiftakru li raw bħalha!


Il-protezzjoni ċivili tavża lin-nies biex jibqgħu d-dar minħabba l-istat perikoluż tat-toroq.

Il-maltemp u s-sajjetti li laqtu l-Gżejjer Maltin.

It-Tnejn, 11 ta' Jannar, 2021