Ġurnata fil-kampanja

Kelli tmien snin u kien is-sajf meta mort fil-kampanja u mort Ta'Qali ħdejn siġra kbira u sabiħa. Jien mort mal-familja. Jien ħadt ikel sustanzjuż, xorb frisk, ballun u siġġu u kutra. Kelli ġurnata mimlija daqs bajda. Bdejt nesplora l-ambjent, mort passiġġata u qgħadt nilgħab logħob differenti mal-kuġina. Kien hemm raġel isaqqi, rajt fjuri bil-kuluri sbieħ u rajt kelb jiġri kemm jiflaħ. Xammejt il-fjuri, missejt il-ħaxix l-aħdar, smajt tfal jilagħbu, għasafar ipespsu u l-familja jitkellmu u kilt ħobża biż-żejt u ġelat. Ħassejtni fis-saba' sema imma wara kont għajjiena mejta tant kemm ġrejt u ħadt gost ħafna għax kont mal-familja.