Serqa fil-ħanut tal-kotba








Darba waħda kien hemm ħalliel li daħal jisraq minn ġo ħanut tal-kotba. Kien hemm ħafna kotba sbieħ.


Kien diġa dalam. Ma kien hemm ħadd barra. Huwa daħal minn ġot- tieqa. Dan il-ħalliel beda jisraq il-flus. Huwa ra ktieb interessanti u ntilef jaqra. Kien għaddej pulizija. Il-pulizija ra lill-ħalliel.


Il-ħalliel prova jaħrab imma l-pulizija qabdu. Dan iż-żagħżugħ tgħallem li qatt m'għandu jisraq għax jispiċċa ħażin.