Immaġina li int fatat

It-Tnejn

Dalgħodu kelli nqum kmieni għax ma' tlugħ ix-xemx

bdejt nisma' l-għajjat. Ġew xi nies jaraw id-dar biex

jixtruha. Għamilt minn kollox biex inbeżżagħhom!!

Ma tantx damu jarawha d-dar!



It-Tlieta

Illum għamilt ħabib ġdid. Kif dalam kont għaddej minn

fejn iċ-ċimiterju u ltqajt ma' skeletru. Qalli li ħassu

mdejjaq għax ma kien jaf lil ħadd. Qgħadna nitkellmu

u malajr sirna ħbieb tal-qalb.



L-Erbgħa

Kull nhar ta' Erbgħa jiena nżur lil ħabiba umana

tiegħi Marta u nagħmlu xi ħaġa flimkien. Illum

qgħadna nisimgħu d-diski ta' Ed Sheeran, il-kantant

favorit tiegħi.



Il-Ħamis

Dalgħodu ma kontx naf x'se naqbad nagħmel.

Imbagħad ftakartli bħal-lum ikun hemm is-suq

fil-pjazza. Iddeċidejt li mmur inwerwer lil kulħadd.

F'żewġ minuti l-pjazza żvojtat.



Il-Ġimgħa

Illum kien Halloween u l-għalliem tagħna, is-Sur

Qargħa Ħamra qralna storja dwar il-Konti

Drakula. Tgħidx kemm dħakna bil-praspar tal-konti!