Meta darba intlift
Fit-23 ta' Lulju 2019, mort ġurnata Etnaland ġewwa Sqallijja mal-familja tieghi. It-temp kien bnazzi u ma kien hemm l-ebda sħaba fis-sema. Kienet ġurnata tassew sħuna. Malli wasalna Etnaland, xtrajna l-biljetti tad-dħul u dħalna. L-ewwel morna dawra fuq l-Eldorado. Tgħidx kemm ħadna pjaċir! Wara konna se nitilgħlu fuq iċ-Ciclopina's Tower. Ġara li kien hemm folla kbira ta' nies
jistennew biex jitilgħu fuqha. F'dan il-ħin, inqtajt minn mal-familja tiegħi u sibt ruħi wahdi fejn ħafna nies li ma' nafhomx. Dak il-ħin tgħidx kemm bżajt! Bqajt miexi u intqajt ma' pulizija. Jiena rrakkuntajtlu dak li kien ġrali. Huwa ħadni ħdejn il-main reception u hemmhekk beda għajjat lil ġenituri tiegħi fuq il-mikrofonu. Ftit minuti wara waslu l-ġenituri tiegħi li kienu nkwetati ħafna għalija. Huma rringrazzjaw lil pulizija talli għinni.
Kienet esperjenza vera kerha u nispera li ma nerġghax ngħaddi minnha.