Kevin u d-Dragun

Darba waħda kien hemm tifel jismu Kevin. Qabel ma raqad qara ktieb dwar id-draguni. Kien hemm il-purtieri mbexxqin u kellu lampi forma ta' rokit. Kellu tpinġija tal-ispazju mal-ħajt. It-tifel beda joħlom ħolma kerha u allura tgeddes mal-fenek tad-drapp li kellu.


Fil-ħolma kien hemm dragun isfar u aħdar. Kellu l-ġwienaħ kbar, dwiefer twal, denb u qrun ippuntat. Beda jiġri fit-toroq iwaqqa' l-bini, jwerwer lin-nies u jiekolhom. F'daqqa waħda stenbaħ u kellu l-flokk għarqan xraba u beda jagħfas ħafna l-fenek b'dik il-biża' kollha. Dak il-ħin l-bieb beda jitbexxaq u t-tifel staħba taħt il-liżar għax ħaseb li d-dragun ħa jiġi jieklu. X'ħin infetaħ il-bieb ħa r-ruħ għax ma kienx id-dragun imma kienu l-ġenituri tiegħu.


Dakinhar Kevin ħa tagħlima. Huwa tgħallem li jkun aħjar li ma jerġax jaqra ktieb tal-biża' u tal-waħx qabel ma jorqod għax inkella joħlom ikrah.