Il-kamra tas-sodda tiegħi.




Sitt xhur ilu biddilna d-dar. Minħabba sitwazzjoni tal-Covid-19, issa l-kamra tiegħi li kienet ordnata, ħa dum iżjed biex tiġi. Sakemm jaghddi kollox, din il-kamra qed nużawha jien u ħija. Il-kamra hija kbira u spazjuża. Hija kamra imdawla bix-xemx u idum hekk sa filgħaxija. Bħalissa l-kamra hija mimlija sa ruh ommha bil-ġugarelli ta' ħija.


Nixtieq li jgħaddi kollox malajr u jkolli l-kamra lesta. Il-papa' u l-mama' qaluli li ha jagħmluli kamra ghalija waħdi. Diga' ghidtilhom li jien nixtieq li ikolli il-ħitan mizbghua roża bl-abjad u nixtieq li ikolli 'bunk bed' biex inkun nista' ngib ħabiba torqod għandi. Nixtieq li jkolli ħafna affarjiet tal-'unicorns' u nixtieq li jkolli lożor u purtieri pariġġ.


Bhalissa qeda nagħmel 'jigsaw puzzle' li fiha elf biċċa, ħalli kif tasal l- għamara nagħmilha ġo inkwatru.