Serqa f'ħanut tal-ħelu
Kien il- Ħadd filgħaxija u Samantha sakkret il-bieb ral-ħanut tal-ħelu sabiex tagħlaq il-ħanut. Hekk kif Samantha telqet, il-ħalliel mar ħdejn il- ħanut.
Il-ħalliel kellu f'moħħu li jisraq il-flus u xi ħelu. L-ewwel il-ħalliel żgassa l-bieb bil-lieva.
Meta l-bieb infettaħ il-ħalliel daħal inkiss inkiss. Il-ħalliel qaleb kullimkien biex ifittex il- flus.
Hu u jfittex xamm rieħa tfuħ tal-ħelu delizzjuz u waqgħetlu żaqqu. F'ħin minnhom waqaf jiffanga fil- ħelu bnin. Minnufih l-ħalliel sema' s-sirena tal-pulizija mill-viċin. Id-dawl tal-karozza xegħel il-ħanut u deher id-dell tal-ħalliel.
Għalkemm il-ħalliel ipprova jaħrab ,il-pulizija xorta qabduh. B'hekk kollox spiċċa b'wiċċ il-ġid. Il-ħalliel tgħallem biex ma jisraqx li mhux tiegħu.