Ġest sabiħ li għamilt ma' xi ħadd għall-Milied.

Fil-Milied, in-nannu ġie jiekol id-dar tagħna. Waqt l-ikel qalilna li dan l-aħħar mhux qiegħed jara sewwa. Il-ġest sabiħ li għamilt huwa li għint lin-nannu jinżel it-taraġ. Żammejtlu idu, u flimkien inżilna tarġa tarġa bil-mod. Għażilt dan il-ġest għax rajt lin-nannu f'diffikulta biex jinżel it-taraġ. Kont ferħana ħafna li nżilna t-taraġ mingħajr periklu. Ħassejtni qisni nfermiera li qed tgħin lill-pazjent. In-nannu ħassu kburi ħafna bija u kuntent li xi ħadd għinu jinżel it-taraġ. B'dan il-ġest jiena wrejt rispett u mħabba lejn in-nannu. Minn dan il-ġest tgħallimt li meta tgħin lil xi ħadd tkun aktar ferħana għax tkun qisek għint lil Ġesu'.