Il-Milied magħna.
Il-Milied magħna, kemm inħobhu dan iż-żmien. Il-Milied jiġi fil-25 ta' Diċembru u niċċelebrawh għax twieled Ġesu' Bambin. Iżda jlun hawn ħafna attivitajiet partikolari tal-Milied.
Mill-bidu tax-xahar ta' Diċembru tibda' tara kullimkien jinbidel bid-dekorazzjonijiet tal-Milied. Fid-dar tal-familja tiegħi jkun hawn ħafna dekorazzjonijiet bħal siġra tal-Milied, dwal, Gesu' fil-maxtura, villaġġ żgħir, ponsjetti u presepju.
F'dan ix-xahar immur ħafna attivitajiet mal-familja tiegħi. Attivita' minnhom hi li mmorru nagħtu xi rigali lill-foqra għax kulħadd haqqu jiftaħ xi rigal fil-Milied. Immur ma' missieri nara film ma' tax-xogħol tiegħu. Inħobb immur mal-familja tiegħi nixtri r-rigali tal-Milied.Ta' kull sena mmur il-Belt biex naraw u nieħdu pjaċir ġewwa 'Fairyland'. Ma jonqsux ħafna ikliet mal-familjari, ħbieb u kuġini. Ikolli bosta attivitajiet fl-iskola u l-mużew li fihom ġieli jieħdu sehem il-familja ukoll. L-hena tiegħi nagħmel xi kejk tajjeb ma' missieri.
Inħobb immur il-quddiesa, l-ikla mal-familja u r-rigali u ma nħobbx l-istorbju u l-ġenn li jkun hswn fit-toroq biex tixtri r-rigali.
Inħobb ħafna dan iż-żmien għax iġib il-ferħ u jgħaqqad il-familji.