Silġ
Kien il-Ġimgħa tard billejl u ksaħt għalkemm kont mgħotti b'ħafna kutri. Qomt u x'ħin ittawalt mit-tieqa rajt kullimkien abjad miksi silġ. Għall-ewwel ma stajtx nemmen għax mhux soltu li jagħmel daqshekk silġ. Daqs kemm għamel silġ l-art ma kinitx tidher.
Wara ftit tal-ħin iddeċidejt li nilbes ġakketta ħoxna u noħroġ barra fis-silġ. Għall-ewwel kont qed nilgħab barra u wara ftit bdejt naħseb x'nista' nagħmel fis-silġ. Ġietni ideja sabiħa ħafna, xtaqt nagħmel pupu bis-silġ. Mort inġib karrotta, xalla, kappell, boċċi suwed, zkuk u ftit buttuni. Ħadt l-affarijiet barra u bdejt nibni bil-mod il-mod. Ftit tal-ħin wara kien kważi lest għax kull ma kien fadal ix-xalla u l-karrotta. Meta lestejtu kien kważi filgħodu u mall-ewwel mort niġri
norqod fil-kamra.
Qomna u bdejt nirrakonta x'għamilt filgħaxija lill-familja tiegħi. Kemm ħadt gost b'din l-esperjenza!