Niktbu storja bi kliem fil-plural

Jiena illum ma mortx skola għax l-iskejjel kienu magħluqin. Minflok morna ġurnata Għawdex. Il-baħar kien imqalleb għax kienet ix-xita u l-maltemp. L--ewwel mort nixtri m'ommi u ma' missieri ħafna pupi għal-oħti ż-żgħira. Fil-ħanut kien hemm ħafna ommijiet u missirijiet oħra bit-tfal jixtru l-ġuġarelli. Jien għoġbuni ħafna t-trakkijiet u d-djar żgħar b'ħafna bibien u twieqi.






















Wara morna għand taż-żebgħa nixtru l-wajers u sadanittant għaddejna minn fejn ħanut tal-annimali li kellu ħafna sriep kbar. Rajna wkoll ħanut tal-għamara li kellu ħafna sodod komdi. Filgħaxija morna ġo restorant u rnexxieli nara l-kok isajjar fuq żewġ kukers f'salt! L-aktar li ħadt gost kien il-ħin li qattajna nistadu għal ħut u nitkellmu mat-turisti. X'ġurnata sabiħa li għaddiet b'wiċċ il-ġid!

Ġurnata Speċjali