270, Unita',

Triq ix-Xgħajra,

Żabbar.

16-4-2021



Għażiża mama',


Kif inti? Nispera li inti tinsab tajba u kuntenta f'dan il-jum iddedikat għalik.

Jien irrid ngħidlek li nħobbok ħafna u grazzi ta' kollox.


Nixtieq ngħidlek grazzi għal dak kollu li tagħmel għalija. Grazzi ta' kemm tieħu ħsiebi u tieħu paċenzja bija waqt li nkun qed nagħmel il-"homework" u tgħini nistudja biex jiena jkolli futur sabiħ. Grazzi ta' kemm-il darba inti tkun

għajjiena, imma inti xorta tipprova tagħmel minn kollox biex tikkuntentani.

Napprezza li ma tħallini nieqsa minn xejn u forsi toqgħod nieqsa inti biex lili tarani ferħana.


Ma, jien inwegħdek li jien ukoll irrid li nkun hemm għalik u nwegħdek li jien inħobbok b'qalbi kollha għal dejjem ta' dejjem. Inti prezzjuża wisq għalija.


Awguri ma!

Bintek,


Christlene