Jien siġra tal-Milied

Jiena siġra tal-Milied u la jien ġdida u lanqas antika. Madwar sentejn ilu l-familja Grech riedu jixtru siġra tal-Milied. Huma marru ġo ħanut mimli daqs bajda b'siġar ta' kull daqs iżda għażlu lili. Xtrawni u ħaduni ġo darhom. Poġġewni fis-salott u t-tfal tagħhom ġew iżejnuni. Mal-friegħi għamluli boċċi kkuluriti, qniepen żgħar lewn id-deheb, stilla safra lellux, sett bozoz aħmar peprin u dendlu miegħi tlett kalzetti tal-Milied. Maz-zokk għamluli dublett aħmar, taħti għamluli tapit u fuqu hemm il-missier tal-Milied bl-islitta u ċ-ċriev. Poġġewli wkoll ħafna rigali ta' kull daqs u għamla madwari. Filgħaxija l-familja tinġabar viċin tiegħi jixegħlu l-fuklar u jilagħbu flimkien. Min jaf kemm ħa jkunu ferħanin it-tfal fil-ġurnata tal-Milied jiftħu r-rigali taħti. Kemm jien ferħana għand il-familja Grech!