ĠURNATA FIL-KAMPANJA



Kitba:

Kien il-Ħadd filgħodu. Jien,oħti, ommi, missieri u l- kelb morna fil- kampanja f'Marsaxlokk. It-temp kien bnazzi ħafna u x-xemx bdiet tiżreġ.


Ftit wara li qomna ppreparajna l-ikel u x-xorb ġol- basket tal-qasab. Ippreparajni wkoll xi naqra xugamani u morna nġibu r-rota tal- ġiri. Tlaqna lejn il-kampanja bil- karozza. Aħna noqogħdu 'l bogħod minn Marsaxlokk, allura domna biex wasalna. Meta wasalna imxejna ftit u poġġejna fuq ix- xugamani. Kilna l-ħobż u xrobna l- ilma. Rajna ħafna siġar ħodor u sofor, fjuri żgħar ikkuluriti u ħaxix irqiq aħdar u lewn isfar. Jien u oħti morna nilagħbu bir - rota u bdejna nisimgħu l-għasafar ipespsu. Jien urejt lil oħti friefet sbieħ. Ftit wara morna lura ħdejn il- ġenituri. Hemmhekk jien ħassejtni kuntenta. Ir-rota tfajniha mal-ġenb u għamilna piknik. Jien kilt ftit tiġieġ u oħti wkoll. Ommi u misseri kielu laħam. Wara li kilna lgħabna bil-ballun, imbagħad morna passiġġata kollha kemm aħna.


Meta kien sar il- ħin ix-xemx bdiet nieżla u ma bdejniex naraw!! Kont għajjiena mejta u qabadni ħafna ngħas. B'hekk morna lura lejn id-dar. X'ĠURNATA DIK!!!