Jien bagalja



Jien bagalja. Jien għajjejt inżur postijiet! Għadni kif niġi mill-Italja.



Issa qed nisma' lil sidi Kaiden jgħid li ħa jerġa' isiefer fil-Milied. Għadni kif ġejja mill-Italja u ħa jkolli nerġa' mmur post ieħor. Naħseb li jien sa nkun l-iktar bagalja li dort postijiet fid-dinja! Ħa naraw jekk ikellmuniex bagalji oħra. Taħseb li jkellmuni? Isma' għax insejt ngħidlek jien bagalja tad-ditta Fila. Jekk indunajt jien bagalja mill-kbar ħafna.



Issa nara l-vjaġġ li ġej jekk ikunx tajjeb. Bħalissa ninsab ġo borża taħt is-sodda. Imma fil-Milied noħroġ minn ġol- borża għal vjaġġ ieħor.