Storja tal-biza'

Darba waħda kont sejra l-knisja biex nisma' l-quddiesa tas-Sibt filghaxija. Kienet ix-xitwa u kien diga' dalam. Kif kont miexja ltqajt ma' mara xiha għakka. Kellha l-gilda hadra haxix, il-hwejjeg suwed tuta u xaghrha bajda karti. F'daqqa wahda waqfet thares lejja.

Tghidx x'qatgha hadt, meta bdiet tigri warajja din il-mara kerha. Bdejt ninkwieta li din kienet xi sahhara hazina hafna bhal dik fil-ktieb ta' Hansel u Gretel u kienet thobb tiekol it-tfal. Biex nehles minnha dhalt go dar abbandunata.


Ma tantx kienet ideja tajba ghax minghajr ma kont naf din kienet id-dar taghha. L-ewwel haga li rajt kien qattus iswed fahma li qabad mieghi u girifli saqqajja. Bid- demm icarcar ma' sieqi jien bqajt diehla izjed l-gewwa. Bdejt nisma' hafna thaxwix u grief mal-hitan. Bibien bdew jissabbtu minghajr raguni. Kont imbezzgha hafna!


Dhalt f'kurritur twil u mudlam. Kien mimli stampi tas-sahhara mal-qattus taghha. Kien hemm xebgha ghanqbut ma kullimkien. Fl-ahhar tal-kurritur sibt bieb imsakkar. Bdejt nipprova nifthu biex forsi jirnexxieli nohrog minn hemm. Imma ma stajtx! Kif kwazi qtajt qalbi li dan il-bieb setgha jinfettah u kont se ndur lura, il-bieb infettah wahdu. X' qatgha hadt meta rajt lis-sahhara l-kerha wara borma kbira fuq in-nar. Is-sahhara bdiet titfa' l-basal, il-karrotti, u l-pizzelli u waqt li thawwad, tgedwed wahidha.


"Igri tasal dik it-tifla biex naghmel stuffat tajjeb biha", smajtha tghid minn taht l-ilsien.


Bil-hasda bdejt nigri kemm niflah lura lejn id-dar. Bdejt nitlob li dik is-sahhara ma tigix warajja! Meta wasalt lura d-dar b'nifsi maqtugh bdejt naghti kemm niflah mal-bieb biex il- mama' tfittex tiftahli. Fl-ahhar fethet imma wara li ghedtilha x'gara il-mama' ghanqitni imma sabitha difficli temminni ghax hasbet li ppruvajt nehles mill-quddies. Kelli mmur l-ghada imma did-darba ghaddejt minn triq ohra li ghalkemm itwal jghaddu hafna nies.





WICH