Il-Milied Magħna
"Liema huwa l-iktar żmien tas-sena favorit tagħkom?," staqsietna l-għalliema. Jien semmejt il-Milied. Il-Milied huwa fil-25 ta' Diċembru, it-twelid ta' Ġesù Bambin. Jien jogħġobni ħafna dan il-festin, ejja ngħidlek naqra dwaru.
Fil-Milied inħobb ħafna dik il-mużika sabiħa, it-tiżjin, il-ħelu u l-avvanimenti. Li ma nħobx dwar dan il-festin huma il-qadi/ġiri tal-Milied u ħafna festini tal-familja minħabba li huma ta' bilfors. Ħafna mid-drabi fil-Milied ikolli bżonn norqod għand in-nanniet minħabba li l-mama' ikollla ħafna festini tax-xogħol.
Fid-dar tagħna nagħmlu ħafna tiżjin, nagħmlu s-siġra tal-Milied, il-Ġesù Bambin, is-'stickers' tal-Milied mat-twieqi, il-presepju, il-ħaxix aħdar mat-taraġ tal-komun u ħafna nomi u dwal. Naħseb li bejn wieħed u ieħor indumu xi jumejn jew tliieta' nżejnu.
Aħna kull sena fil-Milied imorru l-Belt Valletta minħabba li jkun hemm ħafna tiżjin tant sabiħ u dak li jismu 'FairyLand' fejn ikun hemm ħafna logħob. Imorru wkoll il-quddiesa ta' nofs il-lejl xi kultant ikolli n-ngħas. Ikollna ħafna qadi u festini tal-familja wkoll. Il-qtates iħobbu jżarmawlna kollox!
Jien nħobbu ħafna -Milied, u inti jogħoġbok? Nispera li kull pajjiż jiċċelebra dan iż-żmien sabiħ tant b'mod differenti. Il-Milied u s-sena t-tajba lil kulħadd!