Il-kamra tas-sodda tiegħi

Fil-kamra tiegħi hemm kollox ordnat u pulit. Hemm ħafna affarijiet pero xorta nadifa tazza!

Il-kamra tiegħi imdaqqsa u mdawwla. Fiha joqgħodli kollox. Inpoġġi l-ġugarelli kollha ġol-kaxxi. Fuq il-ħajt tal-kamra tiegħi hemm ħafna affarijiet sbieħ u kkuluriti li kien penġieli l-papa'. Il-kamra moderna ħafna u kollox ġdid fjamant. Mit-tieqa tal-kamra nara ħafna ħafna siġar u fjuri u xi nies ukoll.


Fil-kamra hemm ħafna għamara bhall-armarju, is-sodda u l-komodina. Fil-kamra l-iktar oġġetti li jogħġbuni huma l-pupi tas-sodda għax inħobb norqod magħhom għax vera rotob. Fil-kamra m'hemmx kotba għalkemm nixtieq insibilhom post. Fil-kamra norqod waħdi għalkemm qabel kont ma' ħija. L-iktar ħaġa li ddejjaqni hija d-daqs għax nixtieqha ikbar. Nixtieq li jkolli televixin, erkondixin u gallarija.


Kemm togħġobni kamarti!


Abigail, Y4.1