It-Tlieta 10 ta' Novembru 2020


Jien Sufan Qadim


Jien sufan qadim ta' kulur kannella. Meta kont ġdid kelli l-ġilda kannella u sabiħa, kelli saqajja magħmulin mill-injam u ndurati bid-deheb.


Illum il-ġurnata l-kulur tiegħi ċċara, spiċċajt bil-ġilda mqatta' u saqajja qed jitmermru. Minn ġewwa l-kundizzjoni tiegħi ukoll ma tantx hi tajba. Il-fowm u l-injam bdew jeqdimu wkoll. Bħalissa ninsab ġo garaxx imma mhux minn dejjem kont hawn qabel kont fis-salott tad-dar tal-familja Pulis. Minn hawn jien nara karozzi,injam u kaxex tal-għodda. Ġieli rajt xi ġurdien għaddej. Minn hawnhekk nisma' ħafna ħsejjes tan-nies jitkellmu u xi kelb jimbaħ.


Jien inħossni kuntent li kont fid-dar tal-familja Pulis imma issa ninsab imdejjaq għax ninsab waħdi.