Ħniena Divina,

Triq il-Friefet,

Marsaskala.

16 ta' April, 2021

Għażiża mama`,


Kif qed iħossok f'din l-isbaħ ġurnata? Kif tixtieq dan il-jum li jkunlek? Ma, qed niktiblek din l-ittra importanti għax dalwaqt huwa Jum l-Omm.


Ma, nirringrazzjak ta' kemm tħobbni, dejjem tieħu ħsiebi u tara li ma jkun jonqosni xejn. Inti ħadt tant paċenzja bija meta kont ħa mmut, meta kont l-isptar. Inti tagħmel kollox għalija. Jiena nħobbok ħafna għax dejjem kont hemm għalija fid-diffikultajiet tiegħi. Grazzi ta' kemm għallimtni napprezza l-valuri tal-ħajja. Inti tfisser ħafna għalija u mingħajrek ma jiena xejn.


Ma, jien ħa nwiegħdek li ħa nibqa' nagħmel ħilti kollha biex nibqa' tifel bil-għaqal kif qed itellagħni. Nibqa' nirrispettak u nħobbok il-kumplament ta' ħajti.


Mingħand it-tifel tiegħek,


Andre