Il-Ġimgħa 24 ta'Marzu 2023


Il-Magna taż-Żmien


Jien, Andre' u Hannah morna il-bandli. Konna qed nilagħbu. Imbagħad f'tebgħa t'għajn,rajna magna taż-żmien. Kienet tonda,enormi u kellha buttuni kkuluriti.



Andre' għafas il-buttuna u POOF! F'daqqa waħda sparixxejna. Ġejna fi żmien il-prestorja,meta n-nies kienu jgħixu fl-għerien.



Rajna nies jikkaċċjaw l-annimali,nies isajru u nies jibnu djar bl-injam u l-ħaxix. Rajna ukoll nies jilbsu ħwejjeġ maqtugħin u għerien baxxi.



Morna fl-għerien baxxi,mbagħad ġibna għajnejna wara widnejna għax rajna annimali mejtin. Kemm bżajna! Ġrejna fid-djar magħmula mill-injam u l-ħaxix. Morna ġewwa u rajna mejda tal-injam,siġġijiet tal-injam u sodda magħmula mit-tiben.



Fl-aħħar,rajna dawl qawwi. Morna niġru u erġajna spiċċajna l-bandli. Ma rajniex iktar il-magna taż-żmien. Morna d-dar u rrakkuntajna l-avventura straordinarja.


TMIEM!