44

Lil: magda.maria @ intenet.com

Mingħand: emily.catania @posta.com.mt

Data: 12-07-2018

Suġġett: Tislijiet minn Malta


Għażiża Magda,


Kemm qed nieħu pjaċir li bgħattli. Kif inti? Jien ninsab tajba. Taf li hawnhekk hawn

sħana taqli l-ankri ? Ma kontx naf x'nagħmel kieku ma kontx noqgħod ħdejn il-baħar.

Jien kuljum naqra xi ktieb minn qoxra sa qoxra. Il-mama' qaltli li nista' niġi għandek

u għal kemm trid int ! Illum mort għand in-nanna fil- ġnien il-kbir u smajt werżieq

iwerżaq. Qed inqatta' ħafna mill-ħin tiegħi billi nieħu nagħsa żgħira waranofsinhar.

Kull meta mmur għand iz-zija dejjem tatini xi ħaġa x'niekol li tqarmeċ taħt

snieni. Meta niġi hemm nixtieq li jkollna ġunata mimlija daqs bajda. Il- mama'

ġieli tgħidli biex nitnikker naqa fis-sodda kif għandi ċ-ċans imma jien ngħidilha le... mela ma mmurx naħli l-ħin prezzjuż ġos-sodda! Meta mmur naqra sal-baħar inħoss l-art tixwi! Kemm nibki bl-uġigħ u naqbeż niġri ġol-baħar frisk. Nispera li taqra din littra

elettronika dalwaqt!


Tislijiet,

Emily



4