Bis-saħħa tal-ballun sibna teżor

F'ġurnata sajfija, b'temp ftit imsaħħab, erba' subien u żewgt ibniet kienu qed jilagħbu logħba futbol. Huma għażlu li jilagħbu qalb l-ogħla muntanji ta' Franza u s-siġar taż-żnuber. Ħin minnhom, wieħed mis-subien biex jidher ħelu ma' sħabu qalilhom, "Issa żgur ser niskorja wieħed !" Bix-xutt b'saħħtu li ta, tefgħu ħafna 'l-bogħod u ntilef qalb is-siġar u l-fjuri. Kienu nkwetati xi ftit anki mdejqin huma u jfittxu l-ballun. Damu ftit ma sabuh għax il-post kien kbir mhux ħażin. Imma mbagħad lemħuh iż-żewgt ibniet. B'riħet il-ballun, huma u javviċinawh, raw kaxxa tat-teżor mimlija sa ruħ ommha. Fost l-affarijiet kien hemm flus u ġojjelli jleqqu. Għandek tgħid kull deni ħudu b'ġid għax li kieku ma ntilifx il-ballun ma kinux jiskopru dak it-teżor meraviljuż!