Ġurnata fil-kampanja

Jiena kont sejra ġurnata fil-kampanja ma' oħti ommi u z-zija. Kien is-sajf u konna sejrin il-Buskett.


It-temp kien bnazzi b'żiffa riħ. Jiena u oħti qomna u bdejna nippreparaw xi ġugarelli biex noqogħdu nilagħbu flimkien il-Buskett. Ippreparajna l-ikel u x-xorb ġo basket. Il-basket kien mimli sa ruħ ommu u dabbarna rasna l'hemm. Morna il-kampanja bil-karozza. Domna ftit biex wasalna. Meta wasalna jiena bdejt nara s-siġar kbar u ħodor, ħaxix ma' kullimkien ,fjuri ikkuluriti u minnhom lewn isfar u rajna wkoll il-faqqiegħ. Jiena, oħti, ommi u z-zija bdejna nisimgħu l-għasafar ipespsu u l-ħaxix iħaxwex mar-riħ. Kien hemm kwiet taqtgħu b'sikkina. Jiena bdejt inħħosni kuntenta, irrilassata u kalma. Aħna għamilna għamilna piknik. Wara jiena u oħti lgħabna bil-ballun u kulħadd mar passiġġata. Jiena bdejt naqta' l-faqqiegħ għax kien jidher sabiħ ħafna.


Ftit sigħat wara, aħna dabarna rasna d-dar għax kien sar il- ħin. Bdiet nieżla x-xemx u kulħadd kien għajjien mejet. Meta konna


nimxu lura għall-karozza kulħadd qal, "X'gurnata dik!"