Alexander Graham Bell
Alexander Graham Bell kien Skoċċiż li għex fl-Istati Uniti u li vvinta l-ewwel telefon. Huwa studja fuq oġġetti li jivvibraw u jagħmlu l-ħoss. Huwa twieled fit-3 ta’ Marzu 1847. Alexander Graham Bell miet fit-2 ta’ Awwissu 1922. Meta kiber mar jitħarreġ f'University College, Londra. It-telefon li kien ivvinta kien jintuża biex persuna tikkomunika ma' persuna oħra. Bell qies l-invenzjoni tiegħu bħala intrużjoni fuq ix-xogħol reali tiegħu bħala xjenzat u rrifjuta li jkollu telefon fl-istudju tiegħu.