Ktieb li ħadt gost naqra





Ktieb li ħadt gost naqra huwa "Is-sirena ż-Żgħira." Din hija storja fittizja. Din

l-istorja hija dwar sirena żgħira li kienet tgħix fil-qiegħ tal-baħar.


Darba waħda s-sirena bdiet tgħum 'il fuq lejn wiċċ il-baħar. Hija rat ġuvni gustuż

u ħadet grazzja miegħu. Huwa kien fuq vapur kbir u sabiħ. Forsi kien xi prinċep!

F'daqqa waħda nġema' ħafna sħab iswed u faqqgħet tempesta. Il-vapur beda jegħreq u anke l-ġuvni spiċċa fil-qiegħ tal-baħar. Is-sirena malajr marret biex issalva lill-ġuvni u ġarritu lejn ix-xtajta. Is-sirena bdiet tkantalu għanjiet sbieħ.


Kif fetaħ għajnejh, hija telqet tiġri lejn il-baħar. Il-ġuvni ma kienx raha lis-sirena

imma baqa' jaħseb fuq min kien li salvah. Is-sirena ukoll ma setgħatx tinsieh lil

dan il-ġuvni. Kien hemm saħħara u qaltilha li setgħet tgħina. Ġara li s-sirena

tilfet leħinha imma rebħet par saqajn. Il-ġuvni kien sab lis-sirena fuq ix-xatt.

Huwa ħadha miegħu l-palazz. Hija ma setgħetx tgħidlu mqar kelma waħda!

Hija kienet mdejqa ħafna.


Il-ħbieb tas-sirena ppruvaw jgħinuha u marru għand is-saħħara tal-baħar. Din

tathom assenza maġika. Meta xorbot minn din l-assenza fil-pront bdiet tkanta.

Il-prinċep mill-ewwel għarafha. Huma t-tnejn baqgħu jgħixu flimkien ferħanin!!


Dan il-ktieb għoġobni għax jien inħobb l-istejjer tal-ħolm u tal-prinċipessi.