Vjaġġ fuq tal-linja
Is-Sibt li għadda, fit-tmienja u nofs ta filgħodu jiena, Amy u Alessandra, rkibna tal-linja biex immoru l-bajja l-kbira ta' Birżebbuġa. Poġġejna fuq quddiem għax jekk noqogħdu wara l-karozza tagħ
mlilna d-deni.
Kien hemm rassa ta' nies , bosta turisti, nies li jridu jmorru x-xogħol jew inkella anzjani. Konna qed nisimgħu l-mużika u ħafna nies jitkellmu. F'daqqa waħda x-xufier paq paq il-ħorn għax karozza kważi daħlet fuqna.
Jiena u l-ħbieb tiegħi bdejna nitkellmu flimkien u nghidu kemm hawn veduta sabiħa u kemm hawn traffiku. Imbagħad ix-xufier waqaf fuq l-istejġ biex jirkeb anzjan. L-anzjan ma kellux fejn ipoggi bilqgħeda , b'hekk jiena ċedejtlu posti. Imbagħad L-anzjan beda jirakkontali li hu fi zmienu kien xufier tal-linja u li għadu sal-lum jiehu pjacir jirkibha għalkemm saret naqra difficli għalih minħabba saħħu.
Ħassejtni vera kuntenta li għamilna dan il-vjagg b'tal-linja, għax hija esperjenza sabiħa li tiltaqa ma hafna nies differenti ta kull eta u nazzjon. Nixtieq li nerġa' nesperjenzaha darb'oħra.