It-Tlieta 10 ta' Novembru, 2020

Jien Sufan Qadim

Jien sufan qadim ta' kulur abjad. Meta kont ġdid kont sufan sabiħ, il-kulur kien abjad karti, bil-kuxins ħomor u kwadri u kelli fjuri blu fuqi.


Illum il-ġurnata l-kulur tiegħi m'għadux sabiħ, il-molol ħarġu u d-drapp huwa mqatta'. Minn ġewwa l-kundizzjoni tiegħi wkoll ma tantx hi tajba. Il-fowm u l-injam bdew jeqdimu u l-molol li kelli biex min ipoġġi fuqi jħossni artab issa spiċċaw iniggżu lin-nies. Bħalissa ninsab ġol-garaxx ta' Emily imma mhux minn dejjem kont hawnhekk. Qabel kont ninsab ġo kamra ta' tifla żgħira jisimha Annabelle. Jiena nara ħafna dlam, imma meta Emily tiftaħ it-tieqa nara s-siġar u l-fjuri kif ukoll l-għasafar itiru fis-sema. Jiena qatt ma rajt xejn speċjali għax jiena waħdi ġol-garaxx. Minn hawnhekk nisma ħafna ħsejjes sbieħ bħall-għasafar ipespsu, iż-żnażan iżanżnu u t-tfal jilagħbu barra ġol-ġnien ta' Emily.


Jien iħossni mdejjaq għax jiena waħdi ġo dan il-garaxx.