Darba tiġik tajba

Darba waħda kien hemm tifel jismu Nathan. Dan Nathan kien iħobb isuq ir-rota f'nofs ta' triq u kellu vizzju ikrah li jitlaq idejh minn fuq l-istering. Ommu dejjem tinkwieta. Dejjem kienet tavżah li seta' jweġġa' u hu xorta waħda kien baqa' jitkessaħ.


Darba Nathan kien qed jgħolli jdejh it-tnejn u minn warajh kien ġej trakk. Nathan ma semgħax lit-trakk ġej, allura s-sewwieq paqpaqlu u minnufih Nathan inħasad u spiċċa ferut fl-art. Is-sewwieq, inkwetat u maħsud, ħareġ jiġri biex jara jekk Nathan kienx weġġa' u biex jagħtih l-għajnuna. Sadanittant Nathan kien daħal f'iktar periklu. In-nies li kienu jafu lil ommu marru jgħidulha x'kien ġralu binha. Ommu ġiet tiġri u ċemplet l-ambulanza biex tgħin lil Nathan għax kien qed jokrob bl-uġigħ. Il-paramediċi ħaduh l-isptar fejn hemmhekk għamel ġimagħtejn b'siequ fil-ġibs.


Minn dan l-inċident Nathan tgħallem li darba tiġik tajba. Apparti minn hekk, minn din l-esperjenza, tgħallem ukoll biex qatt ma jagħmila tal-bravu u fuq kollox jisma' minn ommu għax kliem ix-xiħ żomm fih!