Jien Triq ir-Repubblika


Jien inħobb ismi ħafna għax kulħadd jkun jaf li jien it-triq l-iktar importanti. Naħseb li jien l-isbaħ triq għax jien l-itwal u l-ikbar u għandni ħafna ħwienet. Imma l-problema li jien ma nafx kemm għandni toroq fil-lemin tiegħi u li ma nafx x'isimhom kollha ukoll.

Filgħodu nidher b'naqa nies xorta nkun maħnuqa bin-nies. In-nies li jiġu fuqi normalment jiġu fuqi biex jmorru jixtru jew jmorru ix-xogħol. Hemm ftit bini għal qalbi imma l-iktar bini li jogħġobni huma l-Mc Donald's,Burger King u Starbucks għax ħafna nies jiġu biex jmorru jieklu u jixorbu. Imma min il-bini kollha lanqas waħda ma nħobbx.

Bil-lejl differenti nidher b'ħafna inqas nies imma jkunu hemm nies li jmorru jixorbu mill-ħwienet li huma miftuħin għal-erbgħa u għoxrin siegħa. Billejl inaddfuni naqa imma iktar tajjeb minn xejn. Meta ma jkunx hemm is-skiet nibda naħseb fit-toroq l-oħra x'qed jiġrilhom.

Jekk staqsi xi triq liema ġranet huma l-iktar li tħobb r-risposta tkun is-sajf għax jkunu hemm ħafna iktar nies. imma jekk xi darba kelli nibdel ismi bill-fors ismi tkun Triq ajjut għax qatt ma nista' norqod minħabba li l-karozzi jagħmlu ħafna ħsejjes li ma nifhimx għaliex.