Jien Triq ir-Repubblika.
Il-Belt Valletta hija l-Belt kapitali ta' Malta. Jiena, Triq ir-Repubblika, waħda mit-toroq prinċipali tal-belt. Jiena kuntenta ħafna b'ismi, u nħoss li jiena waħda mill-isbah toroq tal-Belt.
Jiena nwassal lin-nies minn bieb il-Belt sal-baħar. Filgħodu jkun hemm ħafna nies, min sejjer għax-xogħol u min sejjer jixtri. Fuqi hemm ħafna ħwienet, ħwienet tal-ħwejjeġ, taż-żraben u restoranti.
Meta jidħlu fuqi t-tfal, jibdew jiġri qishom ħa jagħmlu li jridu. Jiena nħobb il-bini tal-MC Donalds għax meta jwaqqgħu xi ikel in-nies nieklu jien. Il-bini li jdejjaqni huma l-ħwinet tas-suvenirs, għax kull ma jbigħu huwa bla sens.
Filgħaxija ma tantx ikun hemm nies, iktar ħaddiema tat-tindif. Meta l-ħaddiema tat-tindif inaddfuni, jgħinuni norqod aħjar filgħaxija. Billejl ikun hemm kwiet taqtgħu b'sikkina. Billejl nibda naħseb fuq kemm ħa jiġu nies, tfal u turisti l-ġurnata ta' wara.
L-isbaħ ġranet għalija huma l-Milied u l-Ewwel tas-Sena għax ikun hemm ħafna nies. Jiena nkun imżejna b'ħafna dwal u dekorazzjonijiet tal-Milied.