Serqa f`ħanut tal-ħelu
Darba waħda kont mort fil-ħanut tal-ħelu u sibt kollox imkisser u l-flus kienu kollha sparixxew. Mort nara l-kamera u rajt li żewġ ħallelin kienu kissru kollox biex isibu l-flus u rajt li l-bieb kien miftuħ. Ċempilt il-pulizija u l-pulizija kienu eżatt ħdejn il-ħanut tiegħi u jien urejthom x`rajt. Il-pulizija diġa` kienu jafu min huma ż-żewġ ħallelin għax diġa` kienu arrestawhom darba. Fl-aħħar il-pulizija marru d-dar tagħhom u arrestawhom b`hekk kollox spiċċa b`wiċċ il-ġid.