Storja tal -biza'
Darba waħda kien hemm volpi kbir li jħobb jiekol. Il-volpi kien vera intelligenti bħall- annimali l-ohra fil-foresta. Bil lejl hu kull darba kien jagħmel woooo.... biex iqajjem lil kulħadd fil -foresta.
Kull filghodu jagħmel listess biex iqajjem lil kullħadd. L-annimali riedu jkeċċu lill-volpi mill- foresta imma ma kinux jafu kif. L- għasfur Spiru, l-aktar annimal intelligenti fil-foresta, ma kienx jaf lanqas kif se jagħmlu. Ħadd ma rnexxilu jaħseb f'xi ħaġa. Imbgħad raqdu għax damu sa bil lejl jaħsbu fuq kif se jagħmlu.
L-għada ġiet saħħara u ħadet xi annimali magħha; lil Spiru, lil Anna u ħames annimali oħra. Din is-saħħara tefgħathom ġo gaġġa. L-annimali beżgħu ħafna, bdew jaħsbu li aħjar kienu jieħdu paċenzja bil-volpi milli qegħdin hemm mas-saħħara kerha. Filgħodu qamu u sabu lis-saħħara ma' saħħar ieħor, li kien ikrah u tal-biza' daqsha. It-tnejn bdew jidħku u bdew jgħidu kif se jsajru l-annimali biex jikluhom. Wara siegħa, x'ħin is-sħaħar ma dehrux fil-kamra, irnexxilhom joħorgu mill-gaġġa, imma kien hemm is-sigurta' wara l- bieb tas-sala. L-annimali beżgħu li se jerġgħu jaqbduhom. Anna bdiet tibza' u ġismha qam xewk xewk. L-għassiesa kellhom il-ġuh allura marru jieklu. Iżda kif l-annimali kienu se jaħarbu, raw qattusa sewda tuta. Din bdiet sejra "meow meow" u bdiet tirrabja għalihom. L-annimali semgħu wkoll serp jagħmel "ssss!" u tghidx kemm bezghu iktar. Fl-aħħar l-annimali rnexxielhom jaħarbu jiġru u marru lura lejn il-foresta. Minn dak inhar ħadd aktar ma sema' bil-volpi, min jaf x'kien ġaralu?? Tgħid qabditu s-saħħara jew telaq mill-foresta?