Il-Merill
Il-Merill huwa l-għasfur nazzjonali ta' Malta. Jissejaħ hekk għax ġie ddikjarat l-għasfur nazzjonali ta' Malta biex jibqa' protett. Il-kulur tar-raġel huwa blu skur u l-kulur tal-mara kannella fil-griż. Normalment f'pajjiżna naraw ħafna pitirossi , ħamiem u għasafar tal-bejt u peress li ma tantx narawh f'pajjiżna huwa inkomuni. Bażikament dan l-għasfur ma tistax tgħid jekk huwiex kbir jew żgħir....tista' tgħid li hu mdaqqas. Huma jħobbu joqogħdu fil-beraħ u minħabba f'hekk huma jbejjtu fl-irdumijiet. Huma jieklu tut , ġurati u gremxul. Dan l-għasfur jpassi ħafna għalhekk normalment narawh f'ħafna pajjiżi. Dan l-għasfur huwa protett bil-liġi għax ma tistax taqbdu.
Ara ma taqbduhx! Nibżgħu għalihom!