Poġġi lilek innifsek fiż-żarbun ta’ wieħed mill-karattri ta’ ktieb li qrajt. 


Is-Sibt, sitta u għoxrin ta’ Ġunju, 2020


Fit-tmienja ta’ wara nofsinhar.



Għażiż djarju,



Illum kienet ġurnata avventuruża!


Mort inqajjem lil Wendy u lil ħutha. Kien għadu qed ibexbex meta mort inkiss inkiss id-dar tagħhom biex inqajjimhom. Jiena għidtilhom li għandi sorpriza. Lanqas ilħaqt spiċċajt il-kelma, li permess tal-maġija li għamiltilhom bdew itiru bħali.


Dlonk ħriġthom barra mid-dar biex jaraw il-kampanja u l-veduti meraviljużi mill-għoli. Stajna naraw l-għelieqi fil-kampanja qishom twapet ħodor mifruxin ma' kullimkien. Id-djar, il-karozzi u n-nies kienu qishom pupi żgħar min dak l-għoli. Konnha qisna għasafar intiru.


Għall-ewwel Wendy u ħutha kellhom imsarinhom f’saqajhom imma bil-kuraġġ li għamiltilhom ħassewhom fil-ġenna tal-art. Kienet l-ewwel esperjenza tagħhom li jtiru matul il-ġurnata. Ġibt għajnejja wara widnejja bis-sbuħija li rajna.


Din il-ġurnata kienet speċjali għalina kollha li naraw ambjent minn hemm fuq fid-dawl tal-ġurnata, imma xorta konnha imwerwrin minħabba il-pirati. Għalhekk ma stajniex intiru fuq

il-baħar. Kemm nixtieq li nkun nista’ intir iktar liberu matul il-ġurnata.



Dejjem tiegħek,



Peter Pan