Jiena baqra kbira ġo presepju. Inħobb insaħħan lil Ġesu' Bambin. Ilbieraħ għalaqt snini u issa għandi sena. Jiena ġejt magħmula mill-ġibs. Għamilni n-nannu ta' Nathan. Nathan huwa tifel ta' disa' snin.

Jiena bħalissa qiegħda fil-presepju li jinsab fil-kurutur. Dan il-presepju huwa kbir u hemm nixxiegħa tal-ilma. Kulħadd jieqaf iħares lejn il-presepju, imma l-aktar li jħarsu huwa lejn Ġesu' Bambin. Fil-prespju hemm annimal ieħor ħdejja. Din hija ħmara żgħira. Hemm ukoll rgħajja, tliet maġi, u l-ġenituri ta' Ġesu' li huma Marija u Ġużeppi.




Jiena nħossni vera kuntenta u kburija li qiegħda f'dan il-presepju, għaliex aparti li huwa sabiħ ħafna, ir-rwol tiegħi huwa li nieħu ħsieb lill-Messija.


Posti fil -Presepju