Il-kamra tas-sodda tiegħi
Il-kamra tas-sodda tiegħi mimlija b' kull tip ta' affarijiet. Il-kulur tal-ħajt huwa abjad karti u l-għamara vjola. Għandi sodda komda ħafna, b'komodina żgħira ħdejha. Għandi gwardarobba mimlija ħwejjeġ sbieħ. Ħdejn il-gwardarobba għandi tliet kaxxi mimlijin ġugarelli, bħal pupi tal-Playmobile u Lego. Għandi ukoll kaxxa ikbar mimlija suldati. Għandi tlett ixkaffi mimlijin kotba ta' kull tip. Mal-ġenb l-ieħor tal-kamra għandi skrivanija bit-televixin fuqha. Għandi bagalja tal-injam mimlija kuluri ta' kull tip. Fil-kamra tiegħi għandi ukoll trampoline li jien u il-mama nagħmlu l-eżerċizzju fuqu. Fil-kamra jien inħobb nilgħab niġri u naqbeż. Il-kelba tiegħi ukoll tħobbha l-kamra tiegħi għax dejjem tiġi torqod taħt is-sodda tiegħi.