Maltempata Kbira
Il-Ħadd li għadda, wara l-quddies bdiet traxxax ix-xita u għalhekk iddeċidejna li nqattgħu ġurnata d-dar. Għall- bidu jiena għamilt in-nervi għaliex xtaqt immur s'għand in-nanna sabiex niltaqa mal-kuġini iżda missieri qalli li kienet ġejja maltempata kbira.
Ftit minuti wara, is-sema kien mimli sħab iswed u f'kemm ili ngħidlek bdiet nieżla xita qliel u r-rad beda jriegħed. Is-sajjeti bdew iffaqgħu waħda f' waħda u r-riħ tant beda jvvenven li kelna ngħalqu t-twieqi tal-kċina. Missieri qala l-plakek kollha u wara ftit marilna d-dawl tad-dar. Kien hemm dlam taqtgħu b'sikkina u ommi ġabet it-torċ li kien moħbi fil-kexxun tal-kċina.
Jiena ħassejtni imwerwra u għalhekk iddeċidejt li nidħol fis-sodda. Iżda indunajt li kien hemm l-ilma dieħel mill- bieb u għalhekk spiċċajna nixxutaw l-art. Molly il-qattusa ukoll donnha bdiet tibża għax ġiet ħdeja biex immellisha. Ma stajniex insajru u għalhekk kilna biċċa ħobż bil-perzut u l-ġobon.
Fil-ħamsa ta' filgħaxija ġie d-dawl u ommi sajret platt brodu u missieri xagħal il-fuklar. Imnalla missieri fethilna għajnejnha u ma ħriġniex. B'hekk kollox għadha b'wiċċ il-ġid.
miktuba min Gail Gerada