Ħolma sabiħa

Kien il-Ħamis filgħaxija u omm Michael qaltlu imur jorqod għax kien sar l-ħin. Michael tela' jorqod fil-kamra tiegħu. Għall-bidu ma setax jorqod u beda jħares lejn il-ġugarelli li kellu fil-kamra. F'daqqa waħda marret għajnu bih. Michael sab ruħu ġo vettura spazjali. Beda jdur u jagħqad u f'ħin bla waqt innota li hemm aljen qed isegwih. L-aljen beda jispara likwidu aħdar ħaxix lejn il-vettura. Michael ħass qalbu tħabbat sitta sitta bil-biża'! Imbagħad resaq lejh super eroj u għenu joħroġ mill-vettura spazjali. L-anqas ried jemmen lil għajnejh li ltaqa' ma' super eroj. Michael irrangrazjah tal-għajnuna li tah. F'daqqa waħda jisma' lil ommu tgħajjatlu biex iqum ħalli jmorru sal- baħar. Michael ħassu ferħan se jtir li kien ħolom ħolma sabiħa u qam biex jinzel jieħu l-kolazzjon u jirrakonta l-ħolma lil ommu.