It-Tlieta 10 ta'Novembru,2020



Jien Sufan Qadim




Jien sufan qadim meta kont ġdid jien kont sufan tal-ġilda u kont indurat bid-deheb.



Illum il-ġurnata l-kulur tiegħi ċċara naqra, spiċċajt bil- ġilda imqatta' u mkisser. Minn ġewwa l-kundizzjoni tiegħi wkoll ma tantx hi tajba. Il-fowm u l-injam bdew jeqdimu u l-molol li kelli biex min ipoġġi fuqi jħossni artab, issa spiċċaw iniggżu lin-nies. Bħalissa ninsab ġo dar fejn hemm affarijiet imkissrin bħal televixin. Meta kont ġdid kont ġo dar sabiħa ħafna tal-familja Baldacchino. Jien issa minn fejn qiegħed m'għadni nista' nara xejn u għalhekk qatt ma rajt xi ħaġa speċjali. Xi kultant nisma' xi ħsejjes imma nafx x'inhuma.



Jien mhux kuntent għax ħadd m'hu qed jużani peress li jien qadim.