IL-magna taż-żmien

Jiena u l-ħabiba tiegħi konna qed nilagħbu fil-ġnien sa meta rajna xi ħaġa tleqq. Ersaqna lejha u sibna arloġġ. Dan l-arloġġ kien stramb u kellu tliet buttuniet u meta għafasna l- buttuna l-ħadra xegħlet skrin li fuqu kien hemm xi trid taghmel u l- buttuna l- ħadra tfisser li tmur fil-passat u għafasnieha. ( par 1)


X'ħin għafasnieha morna lura fi żmien l-Eġizzjani fl-Egittu. Kien hemm ħafna sħana imma xorta rnexxielna nżuru ħafna postjiet u affarijiet bħal l-isfinx u l-piramidi u x-xmara Nil.Waqt li konna qed inġibu ftit ilma tlifna l-arloġġ . Jiena u l-ħabiba tiegħi bdejna ninkwetaw . Fittixnieh kullimkien u meta sibnih kien imkisser. Fl-aħħar irranġajnieh u morna lura fil-preżent .