SERQA

F'ĦANUT TAL-ĦELU






Kien il-Ġimgħa filgħaxija u waqt li kont rieqed smajt ħafna storbju. Ħarist lejn it-tieqa u rajt żewġ ħallelin libsin qalziet,flokk u ġo rashom kellhom maskri suwed. Bqajt nara x'kienu se jagħmlu u rajthom sejrin lejn il-ħanut ta' Lelu.



Wara ftit rajthom ikissru l-bieb tal-ħanut u daħlu jfittxu l-flus. Raw il-ħelu u kellhom ħafna ġuħ. Waqgħetilhom żaqqhom għax Lelu kellu ħafna ħelu delizzjuż. Iktar tard irnexxielhom isibu l-flus. Hekk kif ħadu l-flus, semgħu s-sireni tal-puliżija. Qabadhom paniku kbir u telqu jiġru 'l barra bil-flus fil-karozza. Il-pulizija telqu warajhom. Il-pulizija għaddew minn triq differenti u spiċċaw quddiem il-ħallelin. Il-ħallelin kienu se jerġgħu jaħarbu, iżda sabu ma' wiċċhom pulizija oħra.



Kollox spiċċa b'wiċċ Il-ġid, għax il-pulizija qabdu lill-ħallelin. Imbagħad wieħed mill-ħallelin qal

lill-pulizja li l-idea kienet ta' l-ieħor! Imma l-pulizija ma tax każ u arrestahom it-tnejn. Nispera li din isservihom tagħlima .