Vjaġg fuq tal-linja
It-tnejn li għadda kont mort fuq tal-linja. L-ħin kien 12:00. Meta tlajt fuq tal-linja mal-mamma tiegħi konna morna wara.
Ħarist biex nara min qiegħed fuq tal-linja u kien hemm ħafna nies imma rajt lil Denzel. Denzel huwa l-ħabib tiegħi li din is-sena ma ġiex fil-klassi tiegħi. Meta rajtu kont mort ħdejh u bdejna nitkelmu. Imma kien kwazi impossibli biex nisma' min in-nies kollu li qed jitkelmu ukoll.
Meta konna qed nitkelmu kien ġie Jacques. Jacques huwa l-ħabib tiegħi minn sena ta' qabel. Meta rajtu għajjatlu u ġie ħdejna u erġajna nitkelmu imma issa ma Jacques.
Imma issa il-ħin kien 12:30 u daqt kelli immur u għalhekk u mort. Wara dan kollu kont ħasejtni tajjeb u naħseb li n-nies kienu ftit sensittiri.