Il-ħanut tal-illużjonijiet u l-bużullotti
Kien ilni żmien nisma’ bir-riklam tal-ħanut il-ġdid,
li qiegħed fit-triq prinċipali tal-Ħamrun.Isem il-
ħanut qabbadni kurżita’ kbira...MAĠUFFI.
Il-Ħadd li għadda,jien u l-familja tiegħi morna s’hemm.
Il-ħanut jidher minn seba’mili ‘l bogħod għax għandu tabella kbira,tleqq u tbiddel il-kuluri.Kif wasalna quddiem il-ħanut,stajna naraw il-vetrina tal-ħġieġ imżejna b’dekorazzjonijiet li qatt ma rajt bħalhom qabel.Tant hu mżejjen sabiħ,li kull min jgħaddi minn quddiemu żgur li jidħol jagħti daqqa t’għajn,mit-tfal sax-xjuħ.
Kif dħalna mill-ewwel mort fejn kien hemm il-logħob għall-bejgħ.Kien hemm karti tal-logħob enormi,logħba oħra li l-muniti jisparixxu,imma l-aktar waħda li ġibditli l-attenzjoni kienet kamera li tiġbed ritratti tad-daħq. Kemm dħaqt b’missieri meta ħadtlu r-ritratt u ġie jidher liebes tas-saħħar Merlin u bid-daqna bajda twila sal-art. Mill-ewwel ħadna waħda minn fuq l-ixkaffa biex nixtruha.F’naħa oħra tal-ħanut kien hemm il-buffi jagħmlu l-maġija. Xi ġmiel ta’ xows bdew jagħmlu. Bqajt b’ħalqi miftuħ.
Kien wasal il-ħin biex immorru nħallsu u lill-kaxxiera staqsejtha xi jfisser l-isem tal-ħanut u hi mill-ewwel weġbitni; “Maġija u buffi f’kelma waħda.”
”Bis-sens” għidtilha bit-tbissima.
Tmiem