L-isfilata tal-karnival


Darba waħda mort id-dar u l-mama` u l-papa` qaluli li jiena se mmur

il- karnival. Jiena bdejt ngħidilhom, ''Vera se mmur il-karnival?'' U l- mama` qalitli', "Iva vera se mmorru l-karnival.'' Jiena bdejt naqbeż u bdejt inkanta, ''Jgħajtu x-xjuħ u jgħajtu t-tfal, viva viva l-karnival!'' Ommi qaltli "Mariel mur orqod għax meta inqajmek tibqa' rieqda biex immorru kmieni." Jiena mort norqod. Filgħodu qomt u lbist ta' Frozen u ommi libset ta' ballerina u missieri libes ta' Starwars. Jiena mort niekol u mort il-karnival u bdejt inkanta, ''Jgħajtu x-xjuħ u jgħajtu t-tfal, viva viva l- karnival!'' u missieri ġabli ġelat tal-vanilla u kont qed nara l-ħbieb. Kien hemm nies jiżfnu u kienu fuq il-karru. Jiena ħadt ħafna pjaċir, kemm nixtieq li l-karnival ikun kuljum!