L-iktar ħaġa li nħobb: Il-familja
L-iktar ħaġa mportanti u għażiża li għandi f’ħajti hija l-familja tiegħi.
Fil-familja qiegħdin ħamsa: ommi, missieri, ħuti Kyle u Luke u jiena.
• Jiena ser nagħlaq għaxar snin fl-ewwel ta’ Ġunju
• Ħija Kyle ser jagħlaq sitt snin fl-erbgħa ta’ Ġunju
• Ħija Luke ser jagħlaq erba’ snin fil-wieħed u għoxrin ta’ April
• Ommi ser tagħlaq erbgħin f’Mejju u missieri ser jagħlaq sebgħa u tletin f’April
Il-familja tiegħi
Ommi Żejtunija u tħobbu ħafna r-raħal taż-Żejtun. Qatt ma riedet titlaq min hawn u lili semmietni Katriona għall-patruna tagħna Santa Katarina. Missieri mir-Rabat u ġie joqgħod iż-Żejtun biex jikkuntenta lill-ommi għax xtaqet tibqa’ qrib il-familja tagħha.
Missieri jaħdem ma’ kuntrattur tal-kostruzzjoni u spiss naqbdu miegħu kif jiġi d-dar mimli trab qisu raġel tas-silġ. Meta ma jkunx xogħol il-bogħod ommi ġieli teħodna nittawlulu fuq ix-xogħol sakemm inkunu barra u nieħdu ħafna gost narawh jaħdem. Is-subien jiġġennu kif jaraw dak il-makkinarju kbir li jkunu qed jaħdmu bih u jkollom jieqfu mix-xogħol biex irikkibna ftit.
Ommi mara tad-dar, tieħu ħsieb li żżommilna d-dar nadifa kuljum, taħslilna l-ħwejjeġ, tieħu ħsieb li jkollna kollox nadif u li ma jkun jonqosna xejn. Tieħu ħsieb li jkollna dak kollu li jkollna bżonn għall-iskola u li jkollna platt sħun x’nieklu kuljum.
Jiena
Ommi u missieri